Publisher's Synopsis
Hekk kif il-vjaġġaturi jistkennu fil-motel, jiġu milqugħa minn sid eċċentriku u atmosfera li tqabbdek il-bard. Filwaqt li l-vjaġġaturi jibdew isiru jafu lil xulxin, uċuħ ġodda jaslu fil-post iġorru magħhom aġendi oskuri u possibbilment perikolużi.
Il-lejl jibda dieħel sewwa meta jiġu skoperti sigrieti disturbanti. Fl-istess waqt tiżdied it-tensjoni bejn uħud mill-vjaġġaturi u l-motel jibda jinbidel f'bejta ta' terrur li jagħti lok għal teatru ta' sopravvivenza.
Sadattant l-investigazzjoni għaddejja bla waqfien biex jinqabad qattiel li qed jevolvi b'ritmu allarmanti filwaqt li persuna li tinsab priġuniera tingħata għażla impossibbli bejn ħajja jew mewt.